Skip to main content

L-Ewwel Sinjali Pożittivi




Nhar il-Ħadd li għadda ingħata bidu għall-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema “Infasslu Futur Flimkien”. Kunsill Ġenerali li jiġi fi tmiemu proprju illum u li fih qed jiġi propost tibdil fl-Istatut tal-Partit biex titwaqqaf fergħa ġdida għal żgħażagħ adolexxenti ta’ bejn l-14 u s-17-il sena, u biex jiżdied in-numru ta’ żgħażagħ eletti mill-Kunsill Ġenerali fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit.

Apparti dan, nhar il-Ħadd li għadda kien hemm aħbar pjuttost pożittiva li bdiet dan il-Kunsill Ġenerali fuq nota ta’ kuraġġ. Il-MaltaToday ippubblikat survey dwar it-trust ratings tal-Kapijiet tal-partiti politiċi (ara hawn). Is-survey juri li l-fiduċja f’Adrian Delia żammet it-trend tas-surveys passati u kompliet titla’, f’dan is-survey ikollha l-ikbar qabża ‘l fuq ta’ 7%. Kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 4% fil-fiduċja f’Joseph Muscat. L-istess ħaġa ġiet riflessa wkoll fl-intenzjoni tal-votanti jekk jivvutawx lill-Partit Laburista jew lill-Partit Nazzjonalista.

L-ikbar nota ta’ kuraġġ ġiet minn Għawdex fejn għall-ewwel darba wara snin, kemm il-Partit Nazzjonalista u kemm il-fiduċja fil-Kap tal-Partit ġabu riżultat aħjar minn dawk tal-Partit Laburista. Interessanti wkoll li fil-kategorija ta’ dawk li ma vvutawx fl-aħħar elezzjoni, filwaqt li nofshom jgħidu li jerġgħu ma jivvutawx, min-nofs l-ieħor hemm id-doppju li jgħidu li kieku issa jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista milli hemm li jgħidu li jivvutaw lill-Partit Laburista. Dan juri li hemm nies li għandhom tama li l-Partit Nazzjonalista u Adrian Delia jistgħu jagħtu tmexxija aħjar minn dik li rajna f’dawn l-aħħar ħames snin. Tmexxija li apparti li tkabbar l-ekonomija, tagħmel ġieħ ukoll lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Għalkemm id-distakk għadu kbir, dawn huma sinjali inkoraġġanti li juru li wara l-mument ikrah li għadda minnu l-Partit Nazzjonalista wara t-tieni telfa elettorali u t-taqtiegħa għat-tmexxija tal-Partit, issa l-ħidma li qed issir mill-amministrazzjoni l-ġdida bdiet tħalli l-frott u bdiet turi l-ewwel sinjali pożittivi. Fadal ħafna xi jsir u ħafna nies x’nikkonvinċu, pero’ konvint li bid-determinazzjoni u l-enerġija tal-Kap tal-Partit Adrian Delia, tat-tmexxija kollha, tal-Kumitati u l-Fergħat tagħna u tal-attivisti u t-tesserati tagħna, nistgħu naslu.


Il-Qorti terġa’ ttina raġun



Nhar il-Ħamis il-Qorti reġgħet tat raġun lil Adrian Delia fil-kawża li fetaħ kontra l-Gvern, il-Vitals u l-Avukat Ġenerali biex jitwaqqa’ l-kuntratt li bih il-Vitals Global Healthcare xtrat tliet sptarijiet tal-poplu Malti  (ara hawn). Il-Qorti iddikjarat li dan huwa każ ta’ importanza nazzjonali u għandu jinstema’ mill-aktar fis possibli mingħajr ma jinħela ħin fuq talbiet preliminari bħalma għamlu l-Prim Ministru u l-Awtorità tad-Djar fejn talbu lill-Qorti ma tismax il-każ għax skont huma l-ftehim issa laħaq sar.

Il-Qorti ppreseduta mill-Prim Imħallef uxxenti Silvio Meli iddikjarat li minħabba l-importanza tal-materja l-każ għandu jinstema’ u ser jitkompla fit-28 ta’ Mejju.

Din il-ġimgħa daħal ukoll fil-kariga l-Prim Imħallef il-ġdid Joseph Azzopardi, Imħallef li jgawdi r-rispett ta’ kulħadd, u li għalkemm kien kandidat Laburista fil-passat kien il-Partit Nazzjonalista li appuntah bħala Imħallef lura fl-2003 minħabba l-integrità, professjonalità u serjetà tiegħu, meta Malta kienet tassew “tagħna lkoll” u n-nies kienu jiġu appuntati bil-mertu tagħhom.

Nawguralu minn qalbi fil-ħidma tiegħu.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 13 ta' Mejju 2018

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is