Skip to main content

Aktar propaganda qarrieqa minn Muscat




Nhar it-Tlieta li għaddew, Joseph Muscat tella’ video fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook. Video minn sensiela ta’ videos ta’ propoganda, imħallsa mit-taxxi tagħna, li dan il-Gvern iħobb jagħmel b’mod regolari u jxerred biex ipinġi stampa sabiħa anke fejn mihix.

Dan il-video partikolari, li jinsab f’dan il-link, jiftaħar b’kemm dan il-Gvern qed iħares l-ambjent. U saħansitra jipprova jieħu mertu li grazzi għalih, l-Awtorità tal-Ippjanar waqfet l-iżvilupp f’Wied Għomor. Anzi dan hu l-ewwel suċċess li f’dan il-video jiftaħar bih fl-ewwel ftit sekondi.

Hawn diġa’ nara problema. L-ewwelnett, ilkoll nafu li dawn l-awtoritajiet ‘suppost’ indipendenti u ma jimxux skont kif jgħidulhom il-politiċi. It-tieni, nafu li l-pressjoni biex jitwaqqaf l-iżvilupp f’Wied Għomor ma ġietx mill-Gvern, li lanqas biss tkellem fuq din il-kwistjoni, anzi f’ċertu każi iġġustifika, imma ġiet min-numru ta’ NGOs ambjentali u mit-tliet Kunsilli tal-madwar: tas-Swieqi, San Ġiljan u San Ġwann, li qabdu l-konsulenti tagħhom, semmgħu leħinhom fis-smiegħ quddiem l-Awtorità, għamlu stqarrijiet u konferenzi stampa, u kienu l-vera vuċi tar-residenti. It-tielet, jekk hemm azzjoni tal-Gvern li taffetwa x’tiddeċiedi l-Awtorità huma l-policies li l-Gvern jilleġisla fuqhom. U lkoll nafu li l-iSPED li ħareġ dan il-Gvern, hu maħsub biex iħalli ħafna lok ta’ interpretazzjoni meta jiġu biex jieħdu deċiżjonijiet ta’ pjanar. Fi kliem ħafna esperti, il-Gvern fetaħ il-bieb għal aktar żvilupp anke f’zoni barra mill-iżvilupp, u mhux għalqu.

Imma l-livell ta’ qerq ta’ Joseph Muscat hu iktar gravi minn hekk. Għax mhux talli prova jqarraq billi jieħu mertu ta’ xi ħaġa li ma kellu l-ebda sehem fiha, imma talli l-għada li ħareġ dan il-video, proprju nhar l-Erbgħa, l-Awtorità dawret din id-deċiżjoni! U hu kellu sehem importanti biex din id-deċiżjoni ddur! Għax proprju l-Erbgħa, inbidlu tnejn mit-tliet membri fil-Bord li kien qed jisma’ dan il-każ, u dawn iż-żewġ membri li nbidlu ivvutaw favur dan il-proġett. Kien biss il-membru li ma nbidilx u li kien ukoll preżenti fl-ewwel smiegħ li vvota kontra.

Mela mhux talli prova jieħu mertu ta’ xi ħaġa tajba li ma kellu l-ebda sehem fiha, talli s-sehem li ta kien biex din id-deċiżjoni tajba tinbidel u dan l-iżvilupp jibqa’ għaddej. Imma x’wiċċ irid ikollok? Kif jirnexxielek ma tistħix?


L-Avventura ta' NASdaily f'Malta



Din il-ġimgħa hawn Malta Nusier Yassin, il-vidjografu u produttur wara l-paġna magħrufa Nas Daily (https://www.facebook.com/nasdaily). Paġna fuq facebook fejn Nusier jipproduċi video ta’ minuta kuljum fejn juri nies, esperjenzi u pajjiżi differenti, u li bħalissa għanda 5.7 miljun ruħ isegwuha.

Nusier jgħid li hu Israelit u Palestinjan li għex fl-Istati Uniti, u l-videos tiegħu għandhom ħafna messaġġi pożittivi ta’ tolleranza u inklużjoni. Sa ma qed nikteb dan l-artiklu diġa’ tella’ tliet videos, wieħed dwar Malta inġenerali, ieħor dwar il-lingwa tagħna, u ieħor dwar esperjenza li għadda minnha f’Malta waqt li kien qed jinqeda f’ħanut ta’ kumpanija tat-telefonija ċellulari. Waqt li kien f’dan il-ħanut, ġie insulentat minn Libjan fis-sakra, li f’ħin minnhom anke prova jaħbat għalih.

Li hu interessanti hu li fil-video li għamel dwar din l-esperjenza ħareġ messaġġ pożittiv ħafna: li m’għandniex inħallu persuna waħda ittebba’ grupp sħiħ ta’ nies. Għalkemm ir-reazzjoni inizjali tiegħu kienet ta’ biża’ mill-immigranti, ftakar li hu wkoll kien immigrant, u li hawn ħafna immigranti li jġibu ruħhom tajjeb, jaħdmu, jgħixu ħajjithom, u jagħtu kontribut. Qatt m’għandna nħallu l-imġieba ta’ persuna wieħed twassalna biex niġġeneralizzaw u npoġġu lil kulħadd fl-istess keffa.

Nusier ġie wkoll intervistat waqt il-programm Net Live minn Lisa Spiteri u Darren Carabott, liema intervista tinsab ukoll online hawnhekk.



Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace tal-Mument tal-Ħadd 08 ta' April 2018

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is