Skip to main content

X’qed iħasseb lill-Maltin?




Xi ġranet ilu ġie pubblikat stħarriġ li jsir mal-Unjoni Ewropea kollha, magħruf bħala Eurobarometer. F’dan l-istħarriġ saru sensiela ta’ mistoqsijiet lil dawk intervistati, fosthom x’inhu l-aktar li qed jinkwethom f’pajjiżhom.

U x’inhu l-aktar li qed iħasseb u jinkwieta lill-Maltin fuq pajjiżhom? Il-kriminalità. U dan b’kuntrast kbir mal-kumplament tal-Ewropa. Għax filwaqt li l-medja fl-Ewropa hija ta’ 12% inkwetati dwar il-kriminalità, f’Malta din titla’ għal 45%. Erba’ darbiet aktar.

Ma niskantax. Illum il-poplu Malti kultant iħossu ma jista’ jagħmel xejn quddiem ċertu inġustizzji u serq, u fejn qabel kellu Korp tal-Pulizija li seta’ jserraħ rasu minnu, illum għandu Kummissarju tal-Pulizija li hu magħruf biss għall-inkompetenza tiegħu. Illum il-poplu Malti jara l-istituzzjonijiet li suppost jipproteġuh mill-abbużi, u jarahom ma jagħmlu xejn, pupazzi f’idejn Gvern li ħatafhom għal fini tiegħu. U jara l-mexxejja tiegħu, dawk li suppost huma l-gwardjan tal-patrimonju u tal-ġid tagħna, u jaf li instabu jixxaħħmu u jaħslu l-flus minn unit investigattiv iżda ma ttieħdu l-ebda passi fuqhom.

U hemm fattur ieħor li qed iwassal għal dan it-tħassib dwar il-kriminalità, illi hu n-numru dejjem jikber ta’ barranin f’pajjiżna mingħajr mhu jsir biżżejjed investiment fil-Korp tal-Pulizija biex dan iżid l-infurzar tal-ordni u sigurtà fil-pajjiż. Anzi, agħar minn hekk insiru nafu li fl-istess Korp iddaħħlu Pulizija lura li kienu tneħħew minħabba kondotta kriminali. U kien hemm minnhom li inqabad jixxaħħam f’post daqstant sensittiv bħall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, biex iħalli nies jidħlu f’pajjiżna mingħajr ma jsiru l-kontrolli neċessarji ta’ sigurtà. Dawn l-affarijiet mhux qed jiġru b’kumbinazzjoni. Qed jiġru frott il-politika tax-xejn mhu xejn li imbotta dan il-Gvern, frott tad-deċiżjoni politika li biex jixtri l-voti ta’ nies li mhux xieraq li jkunu fil-Korp, dan reġa’ daħħalhom lura fil-Korp.

It-tieni tħassib kbir li għandhom il-Maltin skont dan l-istħarriġ infatti huwa l-immigrazzjoni. 32% semmew l-immigrazzjoni bħala l-aktar ħaġa li tħassibhom. Jidher iżda li dan mhuwiex tħassib ispirat mir-razziżmu, imma mill-fatt li qed jiġu wisq barranin jaħdmu f’Malta u l-effett li dawn qed iħallu. Infatti l-istatistika turi li fi tliet snin il-popolazzjoni ta’ Malta żdiedet b’31,000 ruħ, kollha barranin.

Dan l-ewwelnett qed jaffetwa l-kwalità tal-ħajja tagħna. Iżjed ma ssir densa l-popolazzjoni, iżjed jiżdied il-bini u l-għafsa fuq l-ambjent naturali tagħna, u infatti l-ambjent jikkwalifika fit-tielet post, bi 22% tal-Maltin imħassba fuqu. Iżjed jiżdied ukoll it-traffiku u l-iffullar. Iżjed tiżdied l-għafsa fuq l-infrastruttura tagħna.

It-tieni effett huwa wieħed ekonomiku. Ħafna mill-immigranti qed jiġu jagħmlu xogħolijiet ta’ kwalità baxxa u li jħallsu pagi baxxi. Dan qed ikun ta’ għafsa fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin, għal fatt li filwaqt li din iż-żieda ta’ ħaddiema qed tkabbar l-ekonomija, mhux tkabbar il-flus fil-but ras għal ras, għax qed iżżomm il-pagi tal-Maltin baxxi. Riċentament per eżempju, l-kumpanija tat-trasport pubbliku għamlet riklam fil-Pakistan biex timpjega tliet mitt xufier għal Malta. Apparti li dan kien riklam diskriminatorju kontra n-nisa u n-nies ta’ ċertu età, u li f’Malta ma kienx jitħalla jsir, juri li l-importazzjoni ta’ ħaddiema li għandna huma fil-maġġoranza tagħhom ħaddiema fuq pagi baxxi.

Mill-banda l-oħra, dan qed joħloq għafsa kbira fuq il-qasam tal-proprjetà. Illum il-Maltin bilkemm għadhom jaffordjaw fejn jgħixu f’pajjiżhom. Il-kera splodiet, u l-proprjetà tant għoliet li ħafna Maltin lanqas joħolmu jixtru mqar il-flat tagħhom.

U nfatti l-inkwiet l-ieħor huwa l-housing u l-għoli tal-ħajja. Hawnhekk ukoll naqbżu lil ħafna pajjiżi Ewropej. U dan ġej mill-fatt li filwaqt li f’dan il-qasam il-problemi qed jikbru, il-Gvern għamel ħames snin mingħajr ma bena imqar appartament wieħed għal housing soċjali.

Dawn huma l-oqsma fejn il-Gvern qed jonqos, bil-kbir. Dawn huma l-oqsma li l-Maltin qed jinkwetawhom. U dawn ħa jkunu uħud mill-oqsma li l-Partit Nazzjonalista ħa jkun qed jindirizza bi proposti konkreti u ta’ fejda għal kulħadd.




Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 28 ta' Frar 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is