Skip to main content

L-Università(?) u l-ħalliel li ma jridx jitgħallem

Niddubita kemm din hi Università


Matul din il-ġimgħa ħarġu rapporti serji f’numru ta’ siti ta’ gazzetti lokali dwar dak li qed jiġri fl-American University of Malta.

The Shift News, sit immexxi minn tliet ġurnalisti indipendenti Maltin, ħareġ intervista ma’ ex-impjegata ta’ din is-suppost Università li l-Gvern ta’ Joseph Muscat għoġbu jtiha b’rigal Baċir Numru 1 f’Bormla (li oriġinarjment kien maħsub li jgħaddi għand l-Università ta’ Malta) u medda art verġni fiż-Żonqor (li kienet tagħmel parti minn park nazzjonali skedat). Ir-rapport jinsab hawn.

Din l-ex-impjegata tkellmet mal-ġurnalist James Debono, u qaltlu li għandha dubji serji fuq kemm hi kienet verament qed taħdem għal Università. Qaltlu li hi, flimkien ma’ membri oħra tal-Fakultà, tkeċċew matul il-vaganzi tal-Milied eżatt qabel temmew iż-żmien ta’ probation. Din kompliet tikkonferma dak li deher fis-sit internazzjonali Inside Higher Ed, li żvela kif din l-Università keċċiet kważi l-membri kollha tal-Fakultajiet tagħha (link). Dawn li tkeċċew tkellmu wkoll ma’ dan is-sit, b’kundizzjoni li jibqgħu anonimi minħabba kundizzjonijiet strambi ta’ kunfidenzjalità li kellhom fil-kuntratt tagħhom u li mhux soltu jkun f’kuntratti ma’ Universitajiet simili. Huma qalu kif uħud minnhom ġew minn postijiet bħall-Istati Uniti, telqu kollox, biex wara ftit xhur tkeċċew. Qed jissuspettaw li din l-Università ser terġa’ tkun qed timpjega numru ta’ professuri u impjegati oħra, u terġa’ tkeċċiehom wara sitt xhur qabel jagħlqilhom iż-żmien ta’ probation, u jħossu li kważi kważi qed isir minn kollox biex din l-istituzzjoni ma tirnexxix.

Tkellem ukoll il-Professur Bernard Gauci, li qal kif hu tkeċċa b’mod abbużiv wara li ġi operat u ma tħalliex jingħata ftit ġimgħat żmien jirkupra mill-operazzjoni.

Dawn qed jgħidu dak li ilhom iħossu diversi Maltin: li din ma hi Università xejn, u li l-iskop orġiniali għala din l-art ingħatat b’xejn lil dawn il-kuntratturi ma kinetx l-edukazzjoni imma kienet spekulazzjoni ta’ proprjetà, biex art prima mal-kosta ta’ Malta tiġi żviluppata f’lukandi u appartamenti. U ejja niftakru li Sadeen m’għandhom l-ebda ħjiel ta’ edukazzjoni, huma kuntratturi u żviluppaturi tal-lukandi, li minn fuq daharna jidher li ħa jkunu qed jagħmlu l-miljuni. Il-mistoqsija hi, min ser ikun qed jagħmel kemxa tajba magħhom biex ippermetta li l-art tagħna tiġi mogħtija lilhom b’dan il-mod?


Quddiem dan l-abbuż il-poplu Malti u l-Partit Nazzjonalista mhux ser jibqgħu kwieti, u infatti fil-Parlament l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni biex din l-art fiż-Żonqor terġa’ tingħata lura lill-poplu Malti ġaladarba l-kundizzjonijiet li għalihom ingħatat lil Sadeen ma ntlaħqux.


L-Artful Dodger tal-Ewropa
  


Hekk sejjaħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat il-ġurnalist tal-BBC John Sweeney, f’intervista iebsa li xxandret waqt BBC Newsnight (tista’ tara din l-intervista hawn).

Artful Dodger huwa karattru mill-ktieb Oliver Twist, u kien pickpocket, ħalliel makakk ħafna li kien jisraq mill-bwiet tan-nies mingħajr ma’ dawn jindunaw. Skont Sweeney, Muscat huwa ħalliel makakk ħafna li qed jirnexxielu ma jinqabadx, u jgħid hekk lil Muscat f’wiċċu waqt l-intervista. Muscat jidher skomdu ħafna jwieġeb fuq il-qtil ta’ Caruana Galizia u fuq l-involviment tal-Gvern tiegħu fil-Panama Papers, fir-rapporti tal-FIAU u fl-abbużi tal-Pilatus Bank. Din issegwi l-intervista imbarazzanti li kien ta d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne lill-ġurnalist Tim Sebastian fuq Conflict Zone.

Huwa diffiċli għal Muscat u l-Ministri tiegħu li jġibu ruħu mal-ġurnalisti barranin bl-istess arroganza li biha jġib ruħhom mal-ġurnalisti Maltin. Nissuġġerilkom taraw din l-intervista, biex taraw kif Malta u l-Gvern tagħha qed jiġu perċepiti mal-Ewropa u mad-dinja. Ħasra li r-reputazzjoni li bnejna matul is-snin qed tiġi mmermra u mtappna minn dawn in-nies.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 14 ta' Jannar 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is