Skip to main content

Agħar mill-Korruzzjoni



Hekk irrefera għad-deal mal-Vitals il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien qed jitkellem waqt numru ta’ attivitajiet fil-gżira Għawdxija.

U hemm diversi raġunijiet għala dan id-deal huwa l-milja tal-korruzzjoni ta’ dan il-Gvern. Ejja nelenkaw uħud minnhom.

L-ewwelnett, il-Gvern għadda tliet sptarijiet lil Vitals Group, u mhux biss għaddiehomlhom, imma ftiehem li ħa jħallashom mas-€70 miljun fis-sena għal 30 sena sħaħ. Minn dawn, kemm ilu li sar il-ftehim il-Gvern ġa għaddielhom mal-€50 miljun. Mhux hekk biss, sirna nafu wkoll minn leaks ta’ dan il-ftehim, għax il-Gvern żamm kollox moħbi, li l-Gvern biegħ l-apparat kollu li kien hemm f’dawn l-isptarijiet għal ewro wieħed biss! Iva, l-apparat kollu li kien hemm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fl-Isptar Karen Grech u fl-Isptar San Luqa, inbiegħ għal Ewro wieħed biss.

It-tieni, il-Gvern suppost rabat lil Vitals li jinvestu mal-€200 miljun biex jitranġaw u jirriabilitaw dawn l-isptarijiet. Sal-lum, ħafna għadhom ma jafux dawn il-miljuni fejn intefqu, u jekk qattx intefqu, għax dawn l-isptarijiet, kif kienu għadhom.

It-tielet, il-Gvern fil-kuntratt kien stipula li Vitals ma jistgħux ibiegħu dan il-ftehim lil ħadd qabel ma jgħaddu tal-anqas tliet snin, sakemm mhux bil-kunsens bil-miktub tal-Gvern. Issa nsiru nafu minn rapport li deher fis-Sunday Times li l-bejgħ tal-Vitals sar aktar minn ġimgħa qabel inġieb il-kunsens bil-miktub tal-Gvern! Jiġifieri anke’ il-bejgħ tal-Vitals lil Steward Healthcare huwa bejgħ illegali.

Ir-raba’, għadu s’issa ħadd ma jaf min hu jew min huma s-sidien tal-Vitals, moħbija wara kumpanija offshore reġistrata fil-British Virgin Islands. Il-Vitals kienu ħa jkunu obbligati jgħidu min huma skont l-aħħar direttivi approvati mill-Unjoni Ewropea u li għadhom kemm daħlu fis-seħħ. Iżda eżatt qabel daħlu dawn id-direttivi, din inbiegħet. Għadna s’issa ma nafux min huma dawn is-sidien li għamlu l-miljuni f’senserija minn fuq is-servizz tas-saħħa tagħna.

Dan kollu juri li kien hemm skop ulterjuri għalfejn sar dan l-arranġament. Huwa ċar li l-iskop ma kienx li s-servizz tas-saħħa tagħna jmur għall-aħjar. L-iskop ma kienx l-interess pubbliku. L-iskop ma kienx li s-servizz jgħaddi għand operatur privat ta’ kredenzjali għoljin u ta’ esperjenza fis-settur.

L-iskop kien li minn fuq dahar il-poplu Malti, xi ħadd jagħmel il-miljuni billi jingħata ftehim vantaġġjuż ħafna, u mbagħad hu jagħmel qliegħ kbir billi jbiegħ dan il-ftehim lil ħaddieħor. Il-mistoqsija li qed jistaqsi kulħadd hija, min hu dan ix-“xi ħadd”? Min sar miljunarju b’dan l-arranġament?

U meta wieħed jiftakar li l-politiku li kien responsabbli minn dan il-ftehim, Konrad Mizzi, u c-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, huma tnejn min-nies li nqabdu b’kumpaniji offshore fil-Panama, u li nqabdu jaħslu l-flus u jdaħlu commissions minn fuq it-tanker tal-LNG li nġieb f’Marsaxlokk f’rapporti ċari tal-FIAU, wieħed bir-raġun ikollu suspetti kbar fuq x’kien l-interess ta’ dan il-ftehim oxxen.

Mhux ta’ b’xejn li anke’ l-Grupp Soċjalista fil-Parlament Ewropew, immexxi minn Ana Gomes, qed isejħu lil Muscat biex ineħħi lil dawn it-tnejn u jirriżenja magħhom. Jekk le, skont dak li deher fil-ġurnal influwenti ewropew Politico, is-Soċjalisti ser ikunu qed jirrikunsidraw il-pożizzjoni ta’ Muscat fil-Grupp tagħhom.

Min-naħa tagħha, l-Oppożizzjoni ser tkompli ssemma’ leħinha fuq dan il-każ u tieħu l-passi neċessarji, jekk hemm bżonn anke’ fil-Qrati, biex tissalvagwardja l-interess tal-poplu Malti u tas-servizz tas-saħħa tiegħu.



Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 17 ta' Jannar 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is