Skip to main content

Ħsibijiet: Il-ħadma tal-Vitals u Daphne



Ħadma tajba, minn fuq saħħitna

Waqt li l-pajjiż għadu qed iqum mill-qtil ta’ ġurnalista għax investigat stejjer kbar ta’ korruzzjoni, il-Gvern tana storja ġdida ta’ korruzzjoni proprju għal żmien il-Milied. Wara li għalaq il-Parlament u kulħadd daħal fl-ispirtu tal-Milied, ġie imħabbar li l-Vitals, li l-Gvern kien biegħhilhom tliet sptarijiet u s-sistema tas-saħħa tagħna, inbiegħu lil kumpanija oħra, Steward Health Care.

Dettalji tal-ftehim ma ġewx imħabbra, pero’ dehru diversi rappurtaġġi f’ġurnali ewlenin li jqajmu numru kbir ta’ mistoqijiet fuq dak li ġara. Nissuġġerilkom taqraw dan l-artiklu, kif ukoll dan

L-ewwelnett jidher li Armin Ernst, ic-Chief Administration Officer ta’ Steward Health Care, kien CAO ta’ din il-kumpanija fl-istess waqt li kien CEO tal-Vitals Global Healtchare. Din tqajjem numru kbir ta’ mistoqsijiet fuq il-kunflitt ta’ interessi li dan kellu.

It-tieni, jqumu mistoqsijiet kbar fuq min huma l-vera sidien tal-Vitals. Dawn is-sidien huma moħbija wara l-kumpanija Bluestone Special Situations 4, reġistrata fil-British Virgin Islands u li taħbi l-identità tal-ultimate beneficial owners tagħha. Dawn is-sidien ħadu l-isptarijiet Maltin, innegozzjaw ftehim favorevoli ħafna għalihom, fejn marbutin li jieħdu €1.6 biljun fuq it-tletin sena konċessjoni li ħadu, filwaqt li marbutin jinvestu biss ftit miljuni.

Kif jidhru l-affarijiet, il-Vitals għamlet biss biċċa xogħol tajba ta’ senserija għal profitt ta’ malajr. Ġiet Malta, ħadet it-tender b’kundizzjonijiet favorevoli ħafna mingħajr ma kellha l-iċken esperjenza fil-qasam, bil-ftehim favorevoli li ffirmat għolliet ferm il-valur tagħha, imbagħad x’ħin ġiet għal fatti biegħet dan il-ftehim favorevoli lil kumpanija oħra. Biċċa xogħol ta’ spekulazzjoni minn fuq dahar is-servizz tas-saħħa tagħna.

U allura bilfors li jqumu mistoqsijiet. Min huma s-sidien vera tal-Vitals, li sabu Gvern daqshekk ġeneruż magħhom li għenhom jagħmlu biċċa profitt daqshekk tajba? Kien hemm xi skambju ieħor ta’ flus, bħalma nafu li kien hemm minn fuq il-privatizzazzjoni tal-Enemalta u minn fuq it-tanker tal-gass? Kemm mill-€200 miljun li Vitals suppost nefqu f’Malta fil-verità ġew investiti?


Din l-istorja ma tistax tmut hawn, mhux imbilli l-Gvern stenna l-vaganzi tal-Milied biex iħabbarha. Il-poplu jeħtieġ li jkun jaf il-verità kollha.


Rikonoxximent ieħor għal Daphne Caruana Galizia

Kif jgħid il-Malti, ħafna drabi l-“profeta” jkun iżjed rikonoxxut barra pajjiżu milli f’pajjiżu stess. U hekk jidher li qed jiġri fil-każ tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li l-qtil makabru tagħha ftit tal-ġimgħat ilu ħasad lil kulħadd, imma illum il-ġurnata kważi iżjed fehmu dan xi jfisser għal pajjiżna l-barranin milli aħna stess.

Kien il-ġurnal La Repubblica li din il-ġimgħa premja lil Daphne Caruana Galizia bħala l-persuna tas-sena 2017. L-aħbar tħabbret f’editorjal speċjali fl-edizzjoni tal-Ħamis li għadda minn ħadd inqas ħlief Roberto Saviano, ġurnalist li jgħix maħrub b’identità moħbija u taħt skorta kontinwa tal-Pulizija minħabba l-kitbiet tiegħu fuq il-Camorra, l-organizzazzjoni kriminali li topera l-aktar qrib ta’ Napli imma li tmexxi l-maġġoranza enormi ta’ traffikar ta’ droga fid-dinja.

F’dan l-editorjal jgħid għaliex dan ir-rikonoxximent għal Daphne Caruana Galizia. Jgħid li Daphne niggżet lil kulħadd. Rat lil pajjiżha jinbidel f’ċentru tal-ħasil tal-flus. Daphne kienet qed “tixgħel id-dawl internazzjonali fuq il-korruzzjoni ta’ din il-gżira, kienet qed turi lil kulħadd nerv mikxuf, u allura bdiet tkun ta’ ostaklu għat-tmexxija tal-kapital maħmuġ”. U finalment, fl-aktar ċertifikat b’saħħtu li seta’ jtiha, jgħid li Daphne “kienet tinkarna s-saħħa tal-kelma, kapaċi li ċċaqlaq Gvern u twasslu jirriżenja. Daphne, bħan-ninfa fil-mitoloġija, li kienet tħobb tant il-libertà li kienet inbidlet fi pjanta biex tkun tista’ tiddefendieha...Il-qattiela ċċelebraw jiftħu l-inbid. Imma eluf niżlu fit-toroq f’isimha jgħidu li leħinha issa mhux jiskot imma jkun aktar b’saħħtu”.

Dan l-editorjal jista’ jinqara hawn. Għal min ma għandux aċċess għas-sit, Manuel Delia tellgħu wkoll fuq il-blog tiegħu.

Sadattant, waqt li ħaddieħor jirrikonoxxi x-xogħol kbir li għamlet din il-mara, aħna nagħtu Ġieħ ir-Repubblika lil min lil mara oħra, biex jagħlqilha ħalqha, heddida li “niġi għalik u nifqgħek”.



Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lilkom il-qarrejja tagħna l-Milied it-tajjeb!


Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is