Skip to main content

X'jimpurtani mill-Korruzzjoni? L-aqwa l-but!

Dan l-aħħar donnha saret moda l-frażi “X’jimpurtani mill-korruzzjoni! L-aqwa li għandi l-flus fil-but.”  Il-votanti laburisti bħal donnhom qed jippruvaw jinsew il-fatt li l-Gvern li fdaw huma stess bil-fiduċja tagħhom, tradihom, u qegħdin jgħidu li la sejrin tajjeb personalment, ma jinteressahomx mill-fatt li Malta hija mmexxija minn Gvern korrott. 

Iżda nixtieq infakkarhom li l-poplu jibqa’ sejjer tajjeb sakemm Malta tmur tajjeb.  Jekk Malta tegħreq, aħna negħrqu magħha.  Jekk Malta ma tibqax b’saħħitha, il-Gvern tal-ġurnata ma jkollux għażla ħlief li jdur fuqna għat-taxxi biex jibbilanċja l-kontijiet.  U għalkemm bħalissa mhux qegħdin nħossu l-konsegwenzi tal-għaġir ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, u l-Prim Ministru li ddefendihom, ma jfissirx li ħsara mhux qed issir.  Sempliċement għadna mhux inħossu l-konsegwenzi.  Min jifhem fis-setturi finanzjarji u fl-ekonomiji mondjali malajr jgħidlek li f’din il-logħba, il-mossa li tagħmel illum tkun taf x’sarrfet snin wara.  L-istess bħalma bidwi jiżra' fil-ħarifa, iżda jaqta’ l-frott fir-rebbiegħa.

Immaġinaw fabbrika jisimha Malta Ltd., fejn jiġu mpjegati eluf ta’ ħaddiema u tgawdi minn reputazzjoni tajba tant li kulħadd jixtri l-prodott tagħha.  Sakemm Malta Ltd. tibqa' tgawdi minn reputazzjoni tajba, il-klijenti jibqgħu jordnaw u l-fabbrika tibqa tikber tant li tiflaħ tħaddem aktar haddiema.  Hekk, kulhadd kuntent.  Il-ħaddiema jitħallsu tajjeb, il-klijenti kuntenti, u l-fabbrika  tagħmel qliegħ sodisfaċenti.

Iżda dlonk, jinħatar CEO li jaħtar klikka ta’ managers qarrieqa qrib tiegħu, nies li m’għandhomx l-interess ġenwin tal-fabbrika f’moħħhom, iżda ħsiebhom biss biex jistagħnaw personalment minn fuq dahar il-fabbrika.  Għall-bidu xejn ma jkun ovvju, u l-ħaddiema jafdawlhom f’idejhom l-għejxien tagħhom.  Saħansitra jorganizzawlhom festin zgħir u tgħidx kemm ċapċpulhom.

Ġurnata biss wara li jinħatru, dawn il-managers jibdew jiftehmu mal-klijenti għal ordnijiet ikbar, iżda b’inqas flus.  Dan isir minn wara dahar il-ħaddiema.  Ovvjament, il-klijent kuntent iħallas xi haġa żgħira fil-kont sigriet tal-manager biex jiffranka mill-pagament tal-fabbrika.  Il-ħaddiema jinfilġu bix-xogħol, filwaqt li l-klijenti u l-managers jikkonfoffaw biex jistagħnaw.  B’riżultat ta’ dan, il-fabbrika ddaħħal inqas flus.  Wara erbgħa snin biss, il-ħaddiema diga’ jibdew jindunaw li l-managers tagħhom qeħdin jaslu x-xogħol b’karozzi aktar lussużi u b’ilbies aktar raffinati, iżda huma, hemm isfel fuq il-floor, mhumiex igawdu daqshom.  Il-ħaddiema jibdew jistaqsu kif jista’ jkun, iżda l-managers jgħidulhom li m’hemmx provi biex jippruvaw dawn is-suspetti ovvji.  Sabiex jevitaw rewwixta, c-CEO joffri lill-ħaddiema żieda ta’ 58 ċenteżmi fil-ġimgħa.  Għal darb’ohra, dawn iċapċulu u jirringrazzjawh.  “Dan qaddis miexi fl-art! Dan appostlu… Santo Subito!!!”, xi mpjegati jtennu filwaqt li l-but tagħhom jikber ftit.

Mhux kulhadd jibla’ l-lixka.  Xi ħaddiema jindunaw x’inhu jiġri u jappelaw lill-Union biex taqbeż għalihom.  Iżda oħrajn li huma favur il-management (għax wegħedhom promotion), jivvutaw kontra l-Union stess.  Xejn ma jinbidel u Malta Ltd, tibqa għaddejja b’dan ir-ritmu għal ħames snin oħra.  Għall-ewwel sena, kollox jibqa’ għaddej normali, tant li l-ħaddiema li żammew mal-management jiffanfraw ma’ l-oħrajn: “Rajtx?  Il-fabbrika għadha għaddejja b’saħħitha… il-korruzzjoni tal-managers mhix taffetwana.  L-aqwa li tagħni zieda u ghadni nitħallas l-overtime!”

Pero` qajl qajl, il-kumpanija Malta Ltd., tibda tieħu reputazzjoni ħażina fil-gazzetti, u l-klijenti madwar id-dinja jibdew jindunaw li biex tagħmel business ma’ Malta Ltd, trid bilfors ixxaħħam lil xi manager.  Jekk ma tagħmilx hekk, il-klijenti li jxaħħmu se jkunu vvantaġġjati għax jieħdu l-ordnijiet tagħhom qabel.  Oħrajn jibdew saħansitra jevitaw li jidhru li għandhom relazzjoni mal-fabbrika, ma jmurx jaħsbuhom korrotti wkoll.  Allura jiddeċiedu li ma jaħdmux aktar ma’ Malta Ltd iżda jagħżlu kumpannija oħra jisimha “Pajjiż Ieħor Inc.”  Kulħadd jibda jmur għand Pajjiż Iehor Inc, u Malta Ltd. jibda jonqsilha l-bejgħ.  

F’temp ta’ tliet snin, il-ħaddiema ta’ Malta Ltd jispiċċaw bis-sensji u jitkeċċew.  Il-fabbrika tagħlaq, għax ħadd ma jrid jiċċappas mal-ħniżrijiet ta’ min imexxiha.  Il-Managers, min-naha l-oħra, jerġgħu imorru lura għall-impjiegi tagħhom bħala nutara, avukati, tobba u periti qisu xejn m’hu xejn, kuntenti li f’disa’ snin fit-tmexxija ta’ Malta Ltd, saru sinjuri u ma ħallsux taxxa għax il-flus poġġewhom il-Panama.  Fl-isfond, għadek tista’ tismagħhom jiddieħku bil-ħaddiema, li bħal bċieċen, ħallsu t-taxxa onestament fuq is-salarju modest tagħhom.

Msieken il-ħaddiema… jfittxu xogħol ieħor.  Il-klijenti m’għadhomx jafdaw lill-kumpaniji bħal Malta Ltd, u ħafna fabbriki oħra jagħlqu.  Xogħol, nini nini!  Trid tmur tittallab b’mod degradanti biex xi ħadd itik xogħol.  Fl-aħħar, dawn il-ħaddiema jiddispjaċihom li għenu lill-managers jkissrulhom l-għejxien tagħhom, iżda issa tard wisq.  Iż-żidiet, il-promotions u l-overtime li ħadu mingħand il-management kienu għamewhom.  Kienu waqgħu fin-nassa!

Din hija biss storja fittizja biex nispjega l-konsegwenzi li t-tmexxija hażina se jkollha fuqna u fuq uliedna jekk nibqgħu sejrin fir-rotta li tefgħana fiha l-Gvern attwali.  Fil-verita`, aħna l-poplu huwa l-impjegati ta’ Malta Ltd.  Ma nistgħux naraw biss sa mneħirna u nieħdu pjaċir li l-Partit Laburista jagħmina bil-loqom waqt li jkisser is-setturi li permezz tagħhom naqilgħu l-għejxien tagħna.  X’jiswa li frankajt €4000 bolla meta xtrajt darek, jekk sentejn oħra tispiċċa bla xogħol għax il-kumpanija fejn taħdem ma tridx tibqa’ taħdem f’Malta?  Il-loan mal-bank xorta hemm għadha, u bla xogħol mintix se tħallasha.  X’jiswa li frankajt fuq il-kont tad-dawl u l-ilma, jekk uliedek mhux se jsibu l-industriji tal-gaming u s-servizzi finanzjarji biex jaqilgħu l-għejxien tagħhom?


Fit-3 ta’ Ġunju għandek għażla bejn Partit Laburista li jġib lilu nnifsu qablek u qabel Malta, u Forza Nazzjonali li taħdem biex int u wliedek ma tispiċċawx bħall-ħaddiema tal-istorja li rrakuntajt.  Tkunx int li tara biss sa mnieħrek.  Kun dak li jkollu viżjoni fit-tul u jagħraf is-sewwa.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is