Skip to main content

Posts

Fondi pubbliċi għal użu personali

Xi ftit tax-xhur ilu kien ġie pubblikat artiklu fis-sit lovinmalta.com li studja kemm il-Gvern Malti qed jonfoq fuq propoganda fil-media soċjali (ara hawn). Kien ġie magħruf li bejn Marzu 2013 u Settembru 2017 il-Gvern Malti nefaq mat-€2.62 miljun ewro fuq riklami fis-siti soċjali. €1.34 miljun minnhom kienu użati biex jippromwovu lil Malta mal-barranin, waqt li €1.28 miljun intefqu fi propoganda mal-Maltin stess.
Dan ifisser li ntefqu €23,331 fix-xahar fuq propoganda, ħafna drabi partiġġjana, minn fondi pubbliċi. B’dan l-ammont ta’ flus, ġie kalkulat li stejjer ta’ propoganda tal-Gvern jidhru fuq in-newsfeeds ta’ kull persuna mat-33 darba fix-xahar. Dan hu ammont astronomiku. Anke jekk tqabbel man-nefqa tal-Gvern Kanadiż, li hu magħruf bħala Gvern li jikkomunika ħafna permezz tas-siti soċjali, il-Gvern Malti jonfoq ras għal ras 6 darbiet aktar!
Din qed toħloq sitwazzjoni fejn ir-realtà li jipperċepixxu n-nies f’dak li jaraw fuq siti soċjali qed tkun alternata bl-infieq tal-Gvern. Jidhe…
Recent posts

L-Ewwel Sinjali Pożittivi

Nhar il-Ħadd li għadda ingħata bidu għall-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema “Infasslu Futur Flimkien”. Kunsill Ġenerali li jiġi fi tmiemu proprju illum u li fih qed jiġi propost tibdil fl-Istatut tal-Partit biex titwaqqaf fergħa ġdida għal żgħażagħ adolexxenti ta’ bejn l-14 u s-17-il sena, u biex jiżdied in-numru ta’ żgħażagħ eletti mill-Kunsill Ġenerali fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit.
Apparti dan, nhar il-Ħadd li għadda kien hemm aħbar pjuttost pożittiva li bdiet dan il-Kunsill Ġenerali fuq nota ta’ kuraġġ. Il-MaltaToday ippubblikat survey dwar it-trust ratings tal-Kapijiet tal-partiti politiċi (ara hawn). Is-survey juri li l-fiduċja f’Adrian Delia żammet it-trend tas-surveys passati u kompliet titla’, f’dan is-survey ikollha l-ikbar qabża ‘l fuq ta’ 7%. Kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 4% fil-fiduċja f’Joseph Muscat. L-istess ħaġa ġiet riflessa wkoll fl-intenzjoni tal-votanti jekk jivvutawx lill-Partit Laburista jew lill-Partit Nazzjonalista.
L-ikbar nota ta’ kuraġġ ġiet…

Intervent fil-Kunsill Ġenerali "Infasslu Futur Flimkien" - Mejju 2018

Sinjura President, Għażiż Kap, sħabi Kunsilliera,
10 snin ilu kelli l-opportunità nindirizza dan il-Kunsill Ġenerali għall-ewwel darba, u huwa ta’ privileġġ għalija li llum, 10 snin wara, qed nindirizzakom bħala wieħed mill-uffiċċjali l-ġodda tal-Partit, l-iżgħar uffiċċjal ta’ din l-amministrazzjoni l-ġdida, amministrazzjoni li tkompli tixhed kemm dan il-Partit kompla jiġġedded, kompla jinfetaħ u kompla jsir aktar żagħżugħ.
Matul dawn ix-xhur, fil-laqgħat ġenerali annwali tal-fergħat tagħna, kelli x-xorti niltaqa’ ma’ ħafna nies li qed jaħdmu u jagħtu sehemhom biex inkomplu nsaħħu lil dan il-Partit. Nies li niftakarhom hawn quddiemi 10 snin ilu, u kienu hawn qabli u li għadhom sal-lum jagħtu qalbhom u ħinhom għal dan il-Partit, u wkoll ħafna nies ġodda li ressqu lejna għall-ewwel darba. Grazzi lilkom ilkoll! Il-bibien tagħna miftuħin beraħ għalikom, miftuħin beraħ għal dawk kollha li jridu jagħtu sehemhom. Għal dawk kollha li qed jersqu lejna għax fina qed jaraw tama. Tama li dan il-paj…

Partit żagħżugħ, Partit miftuħ

Il-Ħadd li għadda infetaħ il-Kunsill Ġenerali amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Kunsill Ġenerali li għall-ewwel darba qed isir mhux fuq medda ta’ tlitt ijiem jew erbgħa, imma fuq medda ta’ ġimgħa sħiħa, minn Ħadd sa Ħadd.
Apparti milli jagħti iżjed żmien għad-diskussjoni, il-Kunsill Ġenerali ta’ din is-sena ser ikun qed isir mhux biss fid-Dar Ċentrali, imma b’sessjonijiet fil-każini u d-distretti tagħna, u b’sessjoni sħiħa f’Għawdex. Dawn is-sessjonijiet mhux qed ikunu miftuħa għal media biex l-attivisti, Kunsilliera u tesserati tagħna jkunu jistgħu jitkellmu u jistaqsu direttament lill-Kap tal-Partit b’mod miftuħ, mingħajr ebda forma ta’ awto-ċensura minħabba l-biża’ ta’ kif tista’ tirrapporta ċertu mistoqsijiet il-media.
Dan qed isir wara li għal diversi snin smajna lill-Kunsilliera tagħna jgħidulna li l-Kunsill Ġenerali mhux qed iservi bħala forum ideali biex jiġi diskuss il-futur u l-ħidma tal-Partit minħabba li l-preżenza tal-media ddawru awtomatikament iżjed f’showcase tax…

Aktar mid-Daphne Project: €40 miljun għal korruzzjoni, minn butna

Fil-ġimgħat li għaddew komplew joħorġu aktar rivelazzjonijiet mid-Daphne Project. Fid-diskors tiegħu tal-ewwel ta’ Mejju, il-Prim Ministru Joseph Muscat prova jmewwet dawn l-istejjer billi jsejħilhom “stejjer riċiklati”, jiġifieri stejjer li qed jirrepetu dak li kien ħareġ qabel l-elezzjoni. Pero’ dan mhux minnu. Hemm numru ta’ rivelazzjonijiet ġodda li jagħtu piż akbar lil dak li kien diġa’ ħarġet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
James Debono tal-Maltatoday kiteb artiklu tajjeb ħafna li fih ġabar il-ħames rivelazzjonijiet ewlenin tad-Daphne Project (ara hawn).
L-ewwel fatt ġdid: 17 Black, kumpanija reġistrata fid-Dubaj, kienet irreġistrata bħala “klijent” tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama Hearnville u Tillgate, ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Din il-kumpanija, kienet diġa’ daħlet €1.6 miljun dollaru, parti mingħand l-aġent tat-tanker tal-LNG f’Malta, u parti minn persuna mill-Azerbaijan.
It-tieni fatt ġdid: Leyla Aliyeva u persuni oħra esposti politikament mill-Azerbaijan huma s…